Raġel Iweġġa’ Gravi F’Aċċident Bil-Mutur Fil-Mellieħa

 Raġel Iweġġa’ Gravi F’Aċċident Bil-Mutur Fil-Mellieħa

Bulgaru ta’ 31 sena residenti Ħal Qormi weġġa’ gravi wara li kien involut f’aċċident tat-traffiku bil-mutur.

L-aċċident seħħ illum, għal xi s-siegħa u kwart ta’ waranofsinhar, fi Triq Selmun, il-Mellieħa.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Yamaha, u waqa’.

Hu ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com