Raġel Jintlaqat Minn Karozza Fil-Furjana
Aktar kmieni llum, għal ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Vittmi Furjaniżi tal-Gwerra, il-Furjana.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel ta’ 55 sena residenti Birkirkara, weġġa’ wara li ntlaqat minn karozza Mazda Demio, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 24 sena residenti l-Kalkara.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.