Raġel Jirrifjuta L-Assistenza Medika Wara Li Tilef Il-Kontroll Tal-Karozza F’San Ġiljan
Raġel Ċiniż irrifjuta l-assistenza medika wara li ftit qabel tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq u baqa’ dieħel fuq bankina u f’parapett, bil-karozza tispiċċa fuq ġenba.
Dan l-inċident tat-traffiku seħħ ilbieraħ filgħaxija ftit qabel nofs il-lejl fi triq Ġorġ Borg Olivier, f’San Ġiljan.
Ir-raġel jidher li tilef il-kontroll tal-karozza fejn spiċċa kisser diversi tabelli u anke l-parapett tal-bar popolari f’San Ġiljan, ‘City of London’. Jidher li malli waslet l-ambulanza fuq il-post ir-raġel ta’ nazzjonalità Ċiniża irrifjuta li jingħata assistenza medika għaliex ma sofra l-ebda ġrieħi.
Ritratti: Lovin Malta