Raġel Ta’ 59 Mill-Isla Jindarab Gravi Wara Li Ċeda Saqaf Bih F’Tas-Sliema

 Raġel Ta’ 59 Mill-Isla Jindarab Gravi Wara Li Ċeda Saqaf Bih F’Tas-Sliema

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-11:15am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident fi Triq it-Torri, Tas-Sliema.

Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post u mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 59 sena residenti l-Isla, waqa’ madwar sular waqt li kien qiegħed jaħdem fuq saqaf u ċeda bih.

Wara li l-vittma ngħata l-assistenza minn tim mediku, ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com