Riżorsi Ta’ Tagħlim Fiż-Żfin, Rakkontar Ta’ Stejjer U Logħob Diġitali Kkreati Permezz Ta’ Proġett Erasmus+

 Riżorsi Ta’ Tagħlim Fiż-Żfin, Rakkontar Ta’ Stejjer U Logħob Diġitali Kkreati Permezz Ta’ Proġett Erasmus+

Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, f’kollaborazzjoni ma’ Lignin Stories, Spazju Kreattiv u l-Università ta’ Malta, ospitaw seminar dwar il-kreattività u l-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli (SDGs) fis-sala tal-EsploraPlanetarium, nhar it-Tlieta 16 ta’ Novembru, 2021. Ir-riżultati tal-proġett ‘Embracing the Sustainable Development Goals through Creative Arts’, tħabbru waqt is-seminar.

L-għan ewlieni tal-proġett kien li jħeġġeġ l-innovazzjoni u li jitqajjem aktar għarfien dwar l-SDGs permezz ta’ tliet dixxipplini kreattivi tal-Arti; Żfin, Rakkontar ta’ Stejjer u Logħob Diġital. Immirati sabiex iqanqlu l-kreattività fil-prattikanti kreattivi u għalliema VET, l-imsieħba tal-proġett żviluppaw riżorsi permezz ta’ dawn it-tliet dixxiplini. Dan għamluh waqt li ffukaw fuq tliet SDGs: Il-Kwalità fl-Edukazzjoni, L-Ugwaljanza tal-Ġeneru u l-Ħajja Taħt L-Ilma.

Dan il-proġett ta’ tliet snin seħħ f’kollaborazzjoni ma’ erba’ organizzazzjonijiet oħra minn barra minn xtutna: picapipe GmbH mill-Awstrija, Copernicus Science Centre mill-Polonja, OFF Foundation/Hodworks mill-Ungerija, u  Seven Stories mir-Renju Unit irċieva fondi ta’ 379,166 ewro.

L-Onorevoli Owen Bonnici, Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni qali li: “Din hija aġenda storika b’implikazzjonijiet estensivi. Hija aċċettata mill-pajjiżi kollha u tapplika għal kulħadd, filwaqt li tqis id-diversi realtajiet nazzjonali, kapaċitajiet, u livelli ta’ żvilupp, kif ukoll strateġiji u prijoritajiet nazzjonali. Dawn huma miri u ambizzjonijiet universali li japplikaw għad-dinja kollha, kemm għal nazzjonijiet żviluppati kif ukoll dawk li qed jiżviluppaw.”

Il-Ministru Bonnici rringrazzja wkoll lil Erasmus + u lill-Esplora ċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza talli kkoordinaw dan il-proġett u lill-parteċipanti kollha għall-impenn tagħhom biex isibu modi innovattivi biex jimpenjaw liż-żgħażagħ tagħna u jarmawhom bil-ħiliet meħtieġa biex jieħdu ħsieb l-ambjent u lil xulxin, aħjar minn ġenerazzjonijiet preċedenti.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, l-Onorevoli Stefan Zrinzo Azzopardi stqarr fid-diskors tiegħu li dan il-proġett, li qed jiġi kkoordinat minn Esplora, jindirizza s-Sustainable Development Goals tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 bl-għan li titqajjem kuxjenza dwar kwistjonijiet globali permezz tal-arti kreattiva. Embracing the Sustainable Development Goals through Creative Arts’ (C-SDGs), huwa programm ieħor kofinanzjat mill-Programm Erasmus+ tal-Unjoni Ewropea.

Dr Zrinzo Azzopardi kompla spjega li dan il-proġett jaspira li joħloq mod uniku kif l-istudenti, l-edukaturi, u l-pubbliku ġenerali, jistgħu jitgħallmu aktar dwar dawn il-miri li l-Istati Membri qed jaħdmu biex jilħqu sal-2030. Is-Segretarju Parlamentari temm id-diskors tiegħu billi enfasizza li proġett bħal dan ma kienx jagħmel sens kieku kellu jsir f’pajjiż wieħed biss peress li l-esperjenzi, il-kompetenzi, it-tradizzjonijiet u l-mentalitajiet differenti minn pajjiżi differenti tal-UE huma vantaġġ ewlieni għat-twettiq ta’ dan il-proġett.

Il-pakkett ta’ riżorsi inkluda; logħob diġitali li jiffaċilità t-tagħlim relatat ma’ dawn it-tliet SDGs li ġew identifikati. Il-logħob diġitali jinkludi wkoll sfont mill-pajjiżi parteċipi. Riżorsa oħra iffukat fuq l-arti taż-żfin. Permezz ta’ partituri korjografiċi, logħob, u eżerċizzji kreattivi sabiex jitqajjem l-għarfien fuq żewġ għanijiet; L-Ugwaljanza tal-Ġeneru u l-Kwalità fl-Edukazzjoni, din ir-riżorsa tinkludi videos ta’ rappreżentazzjonijiet ta’ żfin oriġinali fuq dawn l-SDGs. It-tielet u l-aħħar arti kreattiva hija l-irrakkuntar tal-istejjer. Dan il-pakkett ta’ riżorsi edukattivi jinkludi ħafna metodi ta’ kif wieħed jirrakkonta l-istejjer sabiex ikunu kontemporanji u relevanti kemm fuq livell lokali, ambjentali u jinkludu problemi personali li huma kkunsidrati importanti għal-ġenerazzjoni żagħzugħa.

Barra minn hekk, jinkludi stejjer b’relevanza kontemporanja u soċjali, inkluż dawk xprunati minn u li jfittxu biex jindirizza l-inugwaljanza tal-ġeneru, kif ukoll kompendju virtwali għall-irrakkontar tal-istejjer.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com