Ronnie Rnexxielu Jaħfer Lil Min Qatel Lil Ħuh – Nhar Is-Sibt Li Ġej Inti Tista’ Tgħin Lill-Caritas Tkompli Twettaq Il-Missjoni Tagħha

 Ronnie Rnexxielu Jaħfer Lil Min Qatel Lil Ħuh – Nhar Is-Sibt Li Ġej Inti Tista’ Tgħin Lill-Caritas Tkompli Twettaq Il-Missjoni Tagħha

Nhar is-Sibt li ġej il-Caritas ħa tkun qed torganizza l-maratona bit-tema “Bil-Qalb Kollha” li ħa tkun trażmessa fuq l-istazzjonijiet kollha lokali kif ukoll fuq il-mezzi soċjali minn nofs in-nhar sa nofs il-lejl.

Il-Caritas twettaq diversi ħidma fis-soċjetà sabiex tgħin diversi nies b’diffikultajiet. Waħda mill-istejjer li wieħed jibqa’ jaħseb dwarha hija dik ta’ Ronnie li kien tilef lil ħuh li kellu biss 20 sena.

Ħu Ronnie kienu qatluh b’daqqiet ta’ sikkina. Għal ommu, missieru u ħutu din kienet ġrajja li kissrithom. Ma kienx faċli li jaħfru lil qattiel. Imma irnexxielhom. Ronnie jgħid li kien imita lil ommu li minkejja l-uġiegħ ħafret u xtaqet li tmur tgħin lil qattiel ta’ binha.

L-uġiegħ ta Ronnie ma jieqafx hawn. Jitlef lil ommu bil-marda tal-kanċer. Ħames snin ilu, hekk kif wasal lura mis-safar jidħol id-dar u la sab lil martu u l-anqas lil uliedu. Hawnhekk Ronnie beda jissepara minn mal-mara tiegħu. Għalih kienet trawma kbira.

F’dawn il-mumenti Ronnie sab l-appoġġ tal-Caritas li fost oħrajn toffri l-għajnuna lil dawk li jisseparaw. Ronnie jgħid li bis-saħħa tal-Caritas illum iħossu ħafna aħjar u għalkemm separat għandu relazzjoni tajba ma martu u uliedu. Din hija waħda mill-ħafna stejjer ta’ suċċess li hemm wara l-Caritas.

Marika Mizzi, il-producer ta din il-maratona qaltilna li l-bieb tal-Caritas miftuħ mhux biss għal dawk imġarrba bid-droga imma għal dawk li jkunu għaddejjin minn xi saram tal-ħajja. Hija qalet li l-Caritas toffri l-għajnuna kollha bla ħlas u kull min jitlob l-għajnuna isib lil Caritas tgħidlu “Bil-Qalb Kollha”.

Marika tgħid li l-Caritas taħdem ħafna mhux biss biex tgħin lil dawk li għandhom il-problema tad-droga, mhux biss tgħin lil familji tagħhom imma tgħin liż-żagħżagħ li qatt ma jkunu missu mad-droga.

“Aħna naħdmu fost it-tfal, fost l-istudenti biex iż-żagħżagħ ma jibdewx jieħdu d-droga, u għalhekk wkoll għadna bżonn l-għajnuna ta’ kulħadd fil-maratona,” temmet tgħid Marika Mizzi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com