Sewwieq Ta’ Mutur Weġġa’ Gravi F’Aċċident Tat-Traffiku Fil-Mosta

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara ħabta ma’ vettura oħra.
L-aċċident seħħ ilbieraħ waranofsinhar, għall-ħabta tas-sagħtejn, fi Vjal il-Qalbiena Mostin, il-Mosta.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Piaggio Vespa misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti tas-Sliema u Renault Captur, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 49 sena, residenti n-Naxxar.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.