Sewwieq Ta’ Mutur Weġġa’ Gravi F’Ħabta Ma’ Karozza Fil-Marsa

 Sewwieq Ta’ Mutur Weġġa’ Gravi F’Ħabta Ma’ Karozza Fil-Marsa

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi f’ħabta ma’ karozza fil-Marsa, aktar kmieni illum.

L-aċċident seħħ għall-ħabta tas-6:30am, fi triq Diċembru Tlettax, il-Marsa.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Honda NSS300A misjuq minn raġel ta’ 32 sena residenti Ħal Tarxien u Audi A4, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 51 sena, residenti il-Għargħur.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com