Stqarrija Mid-Dipartiment Tal-Protezzjoni Ċivili

 Stqarrija Mid-Dipartiment Tal-Protezzjoni Ċivili

B’referenza għall-istqarrija maħruġa aktar kmieni dalgħodu, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jixtieq javża lill-pubbliku li r-riżorsi tad-dipartiment issa se jibdew jiffokaw fuq operazzjonijiet sekondarji, hekk kif il-periklu tal-maltemp jidher li għadda. Għaldaqstant, il-ħaddiema tad-dipartiment se jkunu qed jirrispondu għal sejħiet li mhumiex ta’ emerġenza iżda huma riżultat tal-maltemp li ħakem il-pajjiż fis-sigħat li għaddew. Dan jinkludi tqaċċit ta’ siġar, għargħar u danni oħra.

Madankollu, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jibqa’ jappella għall-kawtela u jħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jikkopera u jevita ħruġ bla bżonn.

Id-Direttur Ġenerali tal-Protezzjoni Ċivili s-Sur Emanuel Psaila rringrazzja lill-forzi tal-ordni kollha, fosthom il-Forzi Armati ta’ Malta, il-Korp tal-Pulizija u l-Aġenzija għall-Infurzar Lokali (LESA) tal-għajnuna tagħhom, kif ukoll lil entitajiet oħrajn fosthom id-Dipartiment tat-Tindif u għaqdiet non-governattivi.

Ritratt: Civil Protection Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com