Tal-Mistħija Kif Jaslu Jagħmlu Dawn L-Atti Vandali!
Ftit tal-ħin ilu għadu kemm ġie rrapportat li aktar kmieni llum seħħ att vandalu mal-Knisja Ortodossa fil-Belt Valletta.
Permezz ta’ ritratti fuq il-mezzi soċjali jidher li dan l-att vandalu seħħ bi tfiegħ ta’ żejt industrijali fuq l-għatba tal-Knisja Ortodossa Rumena ta’ Santu Rokku fi Triq Sant Ursula, il-Belt Valletta.
Bla dubju dawn huma atti li jmorru kontra kull etika u rispett u għandhom jiġu kkundannati.
Kull min għandu xi tip ta’ informazzjoni dwar dan il-każ għandu jirrapporta direttament lill-Pulizija sabiex jinqabad min wettaq dan l-att oxxen.