Tarbija Ta’ Kważi Sentejn Taqa’ Żewġ Sulari Minn Gallarija Fl-Imsida

Tarbija ta’ kważi sentejn waqa’ minn għoli ta’ madwar żewġ sulari minn gallarija ta’ appartament fl-Imsida.
Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tat-8am fi Triq Santa Venera.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lit-tifel u ambulanza li ħaditu minnufih l-isptar.
Il-kundizzjoni tat-tarbija għadha mhix magħrufa.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.