Telfa Kbira Għat-Tim Nazzjonali Malti Kontra L-Kroazja

 Telfa Kbira Għat-Tim Nazzjonali Malti Kontra L-Kroazja

It-tim nazzjonali Malti sofra l-akbar telfa tiegħu f’din il-kwalifikazzjoni meta fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, Malta tilfet 7 – 1 kontra l-qawwa tal-Kroazja.

L-intenzjonijiet tal-Kroazja dehru mill-bidu net tal-partita tant li wara biss sitt minuti Malta sofriet l-ewwel gowl, gowl skurjat minn Ivan Perisic. Il-Kroazja kabbru l-skor fil-22 minuta permezz ta’ Caleta-Car iżda disa minuti wara Malta naqset id-distakk b’awtogowl ta’ Brozovic għal 2 – 1.

Minkejja l-mument pożittiv ta’ Malta, l-Kroazja skurjaw darbtejn oħra qabel tmiem l-ewwel taqsima, l-ewwel permezz ta’ Pasalic umbad permezz ta’ Modric għal skor ta’ 4 – 1.

Il-Kroazja baqaw għaddejjin fuq lis-stess ritmu anke fit-tieni taqsima u wara żewġ minuti Majer jagħmel l-skor 5 – 1 u fil-53 minuta Kramaric jagħmilhom 6 – 1.

Majer għaqqad doppjetta personali fl-64 minuta biex għamel l-iskor 7 – 1, liema skor kien dak finali.

Malta tilgħab l-aħħar partita ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja f’Grupp H nhar il-Ħadd kontra Slovakkja.

Ritratt: MFA / Domenic Aquilina

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com