Tfajla Ta’ 23 Sena Sofriet Ġrieħi Gravi Wara Li Waqgħet Minn Irdum
Tfajla ta’ 23 sena sofriet ġrieħi gravi wara li waqgħet minn għoli waqt li kienet qed timxi fl-inħawi magħrufa bħala tal-Qarraba, limiti ta’ Għajn Tuffieħa.
L-aċċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-5pm, fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li mara ta’ 23 sena minn Pembroke, waqt li kienet qed timxi fuq l-irdumijiet waqgħet minn xi għoli u kienet teħtieġ l-assistenza medika.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kkordinaw operazzjoni sabiex l-mara tiġi salvata. Aktar tard hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza u ġiet iċċertifikata li sofriet minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.