Tinstab Arsema – It-Tifla Li Kienet Inħatfet Minn Ommha Bijoloġika U Ħarbet Biha Barra Minn Malta

Dalgħodu l-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon ħabbar li nstabet Arsema, it-tifla li sena ilu ttieħdet barra minn Malta mill-omm naturali tagħha.
Dan il-każ kien qajjem reazzjoni hekk kif it-tifla kienet ittieħdet mill-omm naturali tagħha li iżda ma kellhiex id-dritt minħabba li t-tifla kienet taħt care order u kienet ilha sitt snin tgħix ma’ fostered parents.
Il-Qorti kienet ikkonkludiet li minkejja li nħatfet minn ommha bijoloġika, din xorta waħda wettqet reat.
Il-Ministru Falzon tenna li matul il-ġimgħa d-dieħla se jissoktaw il-proċeduri legali biex it-tifla tinġieb lura Malta, filwaqt li faħħar il-ħidma ta’ dawk kollha li ħadmu biex waslet din il-ġurnata.
Il-Ministru Falzon qal ukoll li dawn huma każijiet umani u ħadd m’għandu jużahom biex jiskorja punti politiċi. Qal li l-Gvern baqa’ kawt u żamm l-informazzjoni li kellu biex ma jtellifx l-investigazzjoni.
Huwa mifhum li t-tifla nstabet fl-Ingilterra.