Tliet Passiġġiera Jinqabdu B’Aktar Minn €30,000 Fi Flus Kontanti Mhux Iddikjarati Fl-Ajruport

 Tliet Passiġġiera Jinqabdu B’Aktar Minn €30,000 Fi Flus Kontanti Mhux Iddikjarati Fl-Ajruport

Id-Dwana ta’ Malta rnexxielha tinterċetta total ta’ €30,775 fi flus kontanti mhux iddikjarati f’żewġ każijiet separati waqt rondi li twettqu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Fl-ewwel każ żewġ passiġġieri Olandiżi fi triqthom lejn l-Olanda inqabdu b’ammont ta’ flus aktar milli suppost u li ma’ kienux iddikjarati.

Fit-tieni każ passiġġier Sirjan, li kien qed jivvjaġġa lejn l-Iraq, b’waqfa qabel f’Istambul, ġie avviċinat minn Uffiċjali tad-Dwana wara li Charlie, il-kelb tad-Dwana indika b’mod pożittiv lejn il-passiġġier Sirjan fejn instab fuqu wkoll ammont ta’ flus mhux iddikjarati.

It-tliet passiġġieri ġew offruti soluzzjoni barra mill-qorti li għaliha qablu u ffirmaw u ngħataw multa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com