“Trid Tkun Kiesaħ Jekk Issuq Trakk U Kif Tara Karozza Żgħira Żżid Fl-Ispeed”

“Trid tkun veru kiesaħ jekk tkun issuq truck u xħin tasal ħdejk karozza żgħira żżid fl-ispeed biex tgħattilha l-windscreen bl-ilma”, hekk qalet Mariella Mizzi Attard fuq il-midja soċjali tagħha fejn spjegat kif dalgħodu ġratilha tliet darbiet, u kull darba kellha kważi tieqaf għax ma setgħet tara xejn.
Qalet li tirringrazżja lill-Mulej li ma ħabatx fiha ta’ warajha “U trid tkun silġa biex imbagħad jarawk miexja ġo triq mgħarrqa u jgħaddu minn ħdejk sparati biex apparti sal-għaksa tixxarrab sa rasek! Grazzi mill-qalb lil dawn il-proxxmi.”
U ejja ngħidu l-verità, tiġri u hija drawwa komuni ħażina veru? Għaliex nagħmlu hekk? Donnu qisna noħorġu r-rabja ta’ ġo fina fuq ħaddieħor?