Xogħol F’Triq Il-Mosta Matul Din Il-Ġimgħa Bil-Lejl

Mil-lejla sa nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Diċembru, Triq il-Mosta, Ħal Lija ħa tkun qed tingħalaq matul il-lejl.
Dan ħabbritu Infrastructure Malta fuq il-mezzi soċjali tagħha. Hija qalet li f’din it-triq direzzjoni minn Ħal Lija lejn il-Mosta ħa jkun qed isir xogħol ta’ tiswijiet u kisi mill-ġdid.
Għaldaqstant kull lejl mit-8 ta’ filgħaxija sal-5 tal-għada filgħodu, Triq il-Mosta, Ħal Lija ħa tkun magħluqa.
Infrastructure Malta wissiet sabiex wieħed jippjana l-vjaġġ u juża rotot alternattivi, filwaqt li rringrazzjat lil kulħadd tal-koperazzjoni.