Żagħżugħ Ta’ 21 Sena Jmut F’Aċċident Tat-Traffiku U Tfajla Ta’ 19-il Sena Qed Tissielet Għal Ħajjitha

 Żagħżugħ Ta’ 21 Sena Jmut F’Aċċident Tat-Traffiku U Tfajla Ta’ 19-il Sena Qed Tissielet Għal Ħajjitha

Żagħżugħ ta’ 21 sena li joqgħod San Ġiljan tilef ħajtu traġikament u tfajla ta’ 19-il sena minn Ħal Qormi qed tissielet għal ħajjitha fit-taqsima tal-kura intensiva tal-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident fatali tat-traffiku f’Ħal Luqa.

L-aċċident seħħ illum, għal xi s-siegħa ta’ filgħodu, fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Ħal Luqa.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li BMW 320 CD Sport, misjuqa minn Ismael Grima identifikat bħala l-vittma ta’ 21 sena minn San Ġiljan, tilef il-kontroll, ħabat ma’ ċint u spiċċat ġo għalqa. Fil-vettura kien hemm ukoll tfajla ta’ 19-il sena minn Ħal Qormi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

It-tfajla ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza għall-kura meħtieġa u ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com