Żagħżugħ Ta’ 24 Sena Jindarab Gravi Wara Li Ħabat Ma’ Ċint U Spiċċa Ġo Għalqa

 Żagħżugħ Ta’ 24 Sena Jindarab Gravi Wara Li Ħabat Ma’ Ċint U Spiċċa Ġo Għalqa

Raġel ta’ 24 sena minn Ħad-Dingli, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku.

Il-każ seħħ dalgħodu, għall-ħabta tal-4.00am fi Triq l-Infetti, l-Imdina.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel sofra xi ġrieħi wara li tilef il-kontroll ta’ Toyota Hilux, daħal ġo ċint u spiċċa ġo għalqa.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com