Żewġ Miljun Każ Ta’ Covid-19 Fl-Ewropa Matul L-Aħħar Ġimgħa
Matul il-ġimgħa li għaddiet ġew irrappurtati 2 miljun każ ta’ Covid-19 fl-Ewropa. Dan huwa l-akbar numru qatt rapportat f’ġimgħa waħda fil-pajjiżi Ewropej minn meta bdiet il-pandemija.
Kważi 27,000 mewta ġew irrappurtati ukoll fl-Ewropa, aktar minn nofs l-imwiet kollha tal-Covid-19 li kienu irrappurtati globalment il-ġimgħa li għaddiet.
Dan ikkonfermawh il-World Health Organization f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali fejn qalu li n-numri qegħdin dejjem jitilgħu fejn s’issa żdiedu b’50% fuq ix-xahar li għadda.
Dr. Hans Kluge, id-Direttur tal-WHO fl-Ewropa ftit ġimgħat ilu qal li l-Ewropa ħa terġa’ tkun l-epiċentru tal-pandemija.
Fil-Ġermanja biss kienu rrapportati 50,000 każ kuljum f’dawn l-aħħar ġranet, bl-Olanda tirrapporta 16,000 każ kuljum.
“Almost 2 million cases of #COVID19 were reported in Europe last week, the most in a single week in that region since the pandemic started.
Almost 27,000 deaths were reported from Europe, more than half of all COVID-19 deaths globally last week”-@DrTedros
— World Health Organization (WHO) (@WHO) November 12, 2021
Ritratt: news.un.org