Żewġ Persuni Ħa Jitressqu L-Qorti B’Rabta Ma’ Ġlieda U Li Ħebbew Għall-Pulizija Waqt Partita Futbol
Illum, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu, il-Pulizija ser tressaq żewġ persuni l-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella.
Huma ser jitressqu b’akkużi relatati ma’ ħsara volontarja u li ħebbew għall-uffiċjal pubbliku waqt partita futbol, fost akkużi oħra.
Il-każ seħħ nhar il-Ħadd li għadda waqt partit tal-Kampjonat Premier, fit-Tony Bezzina Stadium f’Raħal Ġdid.
Jidher li Pulizija spiċċa aggredit wara li mar biex iferraq xi partitarji li kienu qed jiġġieldu.
Fuq il-post issejħu uffiċjali tal-Pulizija fi ħdan ir-Rapid Intervention Unit (RIU).
Ritratt: hiberniansfc.mt