1,403 Każ Ġdid Ta’ Covid-19 – Imut Raġel Ta’ 62 Sena
L-aħħar ġurnata tal-2021 tispiċċa b’rekord ġdid ta’ persuni li nstabu pożittivi għall-Covid-19 matul l-aħħar 24 siegħa kif ukoll l-għola numri ta’ każijiet attivi.
L-għadd ta’ persuni li nstabu pożittivi għall-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa kien ta’ 1,403 persuna, filwaqt li fiequ 98 persuna oħra. B’hekk, l-ammont totali ta’ persuni bil-virus attwalment huwa ta’ 11,441.
B’kollox hemm 100 persuna rikoverati fl-isptar Mater Dei li minnhom hemm 8 persuni fl-ITU.
In-numru ta’ mwiet tela’ għal 477, hekk kif raġel ta’ 62 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid019.
Sal-bieraħ kienu ngħataw total ta’ 220,977 dożi tal-booster.