3 Biljetti Minn San Ġiljan, Il-Marsa U L-Imsida Jirnexxielhom Jirbħu €1,510,000 Bejniethom

 3 Biljetti Minn San Ġiljan, Il-Marsa U L-Imsida Jirnexxielhom Jirbħu €1,510,000 Bejniethom

Wara t-tlugħ tas-Super 5 ilbieraħ filgħaxija, il-kumpanija Maltco ħabbret li l-jackpot ta’ €1,510,000 ġie mirbuħ minn tliet biljetti.

Dan l-ammont baqa’ tiela’ għal din iċ-ċifra kbira wara li matul dawn l-aħħar 6 xhur ma kien hemm l-ebda rebbieħ b’5 numri. L-aħħar rebħa b’5 numri kienet fis-26 ta’ Mejju ta’ din is-sena.

Maltco Lotteries qalet li l-biljetti nxtraw minn San Ġiljan, il-Marsa u l-Imsida.

B’hekk se jkunu qed jieħdu €503,333.34 kull wieħed.

In-numri rebbieħa tal-lejla kienu 36, 32, 33, 27, 7.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com