Aġġornat: Anzjana Ta’ 67 Sena Sofriet Ġrieħi Serji F’Inċident Tat-Traffiku Fin-Naxxar
Anzjana ta’ 67 sena mill-Mosta sofriet ġrieħi serji wara li ntlaqtet minn vettura.
L-aċċident seħħ ilbieraħ, għal xi l-ħamsa u kwart ta’ filgħaxija, fi Triq l-Imħalla, n-Naxxar.
Mill-investigazzjoni rriżulta li l-vittma ntlaqtet minn vettura, tat-tip Toyota Ractis, kienet qed tinstaq minn mara ta’ 45 sena residenti s-Swieqi.
Aktar tard, il-vittma ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ara wkoll:
Bil-Filmat: Mara L-Isptar Wara Li Ġiet Milquta Minn Vettura Fin-Naxxar