Aġġornat Bil-Filmat: Malti Fost 16-il Persuna Arrestati F’Rejd Kbir B’Rabta Ma’ Traffikar Tad-Droga

 Aġġornat Bil-Filmat: Malti Fost 16-il Persuna Arrestati F’Rejd Kbir B’Rabta Ma’ Traffikar Tad-Droga

F’Katanja, il-Pulizija Taljana arrestaw 16-il persuna b’rabta ma’ ċirku kbir ta’ traffikar tad-droga bejn Malta u Sqallija. Waqt dan ir-rejd kbir li sar kmieni dalgħodu ġew ikkonfiskati mal-423 kilogramma droga.

F’din l-operazzjoni mill-Pulizija Taljana bl-isem ta’ ‘Operation La Valletta’ ħadu sehem aktar minn 100 uffiċjal tal-pulizija fi ħdan il-Guardia di Finanza u għadd ta’ dipartiment oħrajn involuti fil-ġlieda kontra traffikar tad-droga.

Huwa konfermat li  l-arresti saru f’Katanja, f’Ragusa, f’Siracusa u f’Calabria u f’Malta.

Skond il-midja Taljana fost is-16-il persuna arrestati hemm Taljani, Albaniżi u Maltin.

L-irġiel arrestati huma Alessandro Agostino, Giuseppe Agostino, Salvatore Agostino, Rosario Amico, Lucia Armenia, Antonio Bevilacqua, Rocco Bevilacqua, Antonio Salvatore Commisso, Fatjon Cuca, Emiliano Hoxhaji, Eriseld Hoxhaji, Ledi Hoxhaji, Roberto Melfi, Pietro Sessa, u l-Malti John Spiteri.

Fil-każ hemm implikat ukoll Fabrizio Catania, li tliet snin ilu kien irrappurtat li nqabad jittraffika 84 kilogramma droga kannabis.

Minn rapporti qed jingħad li Rosario Amico kien imexxi dan iċ-ċirku kbira ta’ traffikar tad-droga. Lucia Armenia u Pietro Sessa kienu jaħdmu għalih biex iwasslu l-kunsinji ta’ droga mill-Albaniżi Emiliano, Eriseld, Ledi Hoxhaji.

Jidher li din id-droga kienet terġa’ tinbiegħ biex tiġi traffikata f’Malta u hawn huwa fejn jidħol il-Malti John Spiteri.

Dan l-arrest sar wara li nħareġ mandat ta’ arrest mill-awtoritajiet ġudizzjarji fi Sqallija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com