Aġġornat: Ħaddiem Sofra Ġrieħi Gravi Wara Li Waqa’ Tliet Sulari Fl-Imrieħel
Raġel ta’ 31 sena minn Bormla qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar tliet sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
L-aċċident seħħ aktar kmieni llum, għall-ħabta tat-8:00am, fuq bejt ta’ binja fi Triq in-Negozju, l-Imrieħel.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili filwaqt li ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, kif ukoll fi stqarrija l-Awtorità għall-Ħarsien tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) qalet li qed tinvestiga dan il-każ ukoll.
Ara wkoll:
Ħaddiem L-Isptar Wara Li Waqa’ Tliet Sulari Minn Fuq Binja Fl-Imrieħel