Aġġornat: L-Anzjana Ta’ 91 Sena Se Tkun Qed Tiskonta L-Piena Ta’ Ħabs Fid-Dar Tal-Anzjani Fejn Tgħix
Carmela Ciarlo’ ta’ 91 sena se tkun qed tiskonta s-sentenza ta’ ħabs tagħha fid-dar tal-anzjani fejn qed tgħix bħalissa.
Hija ġiet ikkundannata l-ħabs wara li naqset milli trodd lura fiż-żmien sitt xhur €20,590 li ħadet m’għand Joe D’Amato.
Dan wara li kienet ġiet ikkundannata mill-Qorti 18-il xahar ħabs sospiżi għal 3 snin u ordnata tirrifondi s-somma fi żmien 6 xhur.
Għalkemm l-anzjana kienet appellat mis-sentenza hija qatt ma dehret għas-seduti għalhekk l-Imħallef iddikjara l-appell bħala abbandunat, b’sentenza ta’ ħabs tidħol fis-seħħ.
Rapporti fuq TVM qalu li persuni qrib il-każ spjegaw li l-piena ta’ priġunerija mistennija tintemm tard is-sena d-dieħla, bil-piena se tkun qed tiskontaha fid-dar tal-anzjani fejn tgħix, b’għassa 24 siegħa kuljum magħha.
Ara wkoll:
Tidħol Fis-Seħħ Sentenza Ta’ 18-il Xahar Ħabs Għall-Anzjana Ta’ 91 Sena