Aidan Bartolo Għadu Rikoverat L-Isptar
Aidan Bartolo ta’ 24 sena għadu rikoverat l-isptar wara li għadu qed jirkupra minn xi ġrieħi li sofra.
Bartolo għamel madwar sitt sigħat mistoħbi fil-ħaxix għoli tal-Miżieb sakemm instab mill-Pulizija.
S’issa għadu mhux magħruf meta se jkun qed jitressaq il-Qorti.
Aidan Bartolo għalkemm għadu żagħżugħ mhux l-ewwel darba li xellef difru mal-ġustizzja hekk kif weħel il-ħabs fuq żewġ każijiet, wieħed fuq pussess ta’ droga u ieħor fuq serq u ħsarat fuq ħwienet.