Alessandro Farrugia Jirreżenja Minn Direttur Tal-Komunikazzjoni Tal-PN

Il-PN ilbieraħ filgħaxija ħabbar li Simon Vella Gregory inħatar bħala Aġent Direttur Komunikazzjoni tal-Partit Nazzjonalista. Dan wara li Alessandro Farrugia rriżenja mill-kariga għal raġunijiet personali.
Fi Stqarrija ffirmata mis-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino qal li l-Kap tal-PN Bernard Grech irringrazzja lil Alessandro Farrugia għall-ħidma tiegħu fl-aħħar sena.
Huwa qal ukoll li fil-jiem li ġejjin ser jinħatar Direttur Komunikazzjoni ġdid skont l-istatut tal-Partit Nazzjonalista.