Amadou Sawaneh Ta’ 46 Sena Huwa L-Vittma Tal-Aċċident F’Ħas-Saptan

 Amadou Sawaneh Ta’ 46 Sena Huwa L-Vittma Tal-Aċċident F’Ħas-Saptan

Il-ħaddiem mill-Gambja li miet traġikament ilbieraħ waqt li kien qed jagħmel xogħol ta’ manutenzjoni f’wieħed mit-tankijiet tal-fjuwil f’Ħas-Saptan, ġie identifikat bħala Amadou Sawaneh li għandu 46 sena.

Membri tal-komunità tal-Gambja f’Malta kif ukoll bosta immigranti waslu l-kondoljanzi tagħhom wara dan l-aċċident sfortunat. Bosta tkellmu wkoll dwar is-sigurtà li dawn il-ħaddiema qed jkollhom fuq il-postijiet tax-xogħol tagħhom.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-pulizija, jirriżulta li l-vittma miet wara li nqabad bejn il-kabina taċ-cherry picker u s-saqaf tat-tank. Il-ħaddiema ma jaħdimx mal-kumpanija Enemed iżda ma’ kuntrattur privat.

L-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol ġiet infurmata bil-każ u minnufih bdiet l-investigazzjoni.

Il-Pulizija għadha għaddejja wkoll bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta ma’ dan il-każ.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit li ħatret bosta esperti biex jassistuha fl-inkjesta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com