Anzjan Ta’ 84 Sena Weġġa’ Gravi F’Inċident Tat-Traffiku F’Għawdex
Anzjan ta’ 84 sena weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu u ħabat ma’ ċint.
L-aċċident seħħ illum, għal xi l-10:15am, fi Triq Tas-Sruġ, ix-Xagħra, Għawdex.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel ta’ 84 sena resident ix-Xagħra, Għawdex, kien qiegħed isuq vettura tat-tip Daihatsu Sirion, tilef il-kontroll, ħabat ma’ ċint u nqaleb.
Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgette Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.