Anzjana Ssofri Ġrieħi Serji Fil-Ħamrun

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar, il-Pulizija intalbet biex tassisti fi Triq il-Ferrovija, Santa Venera.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li mara ta’ 93 sena residenti Santa Venera stess waqgħet waħedha waqt li kienet miexja .
Il-vittma ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Aktar tard, hi ġiet ċċertifikata li sofriet ġrieħi serji. Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Dr Josette Demicoli.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin