Ara X’Jaħseb Alfred Sant Dwar Il-Varjant Il-Ġdid Omicron…
“Matul l-aħħar ġimgħa, jekk mhux aktar, kelma li smajt ta’ spiss ħafna kienet dik ta’ Omicron.”
Hekk kiteb l-MPE Laburista Alfred Sant fuq il-mezzi soċjali tiegħu, fejn tkellem dwar is-sitwazzjoni bħalissa tal-pandemija u l-ħsib tiegħu dwar dan.
Huwa tenna li “kull fejn tmur, tisma’ biha, kull xhiex taqra, taraha tiddeffes fiha.”
Alfred Sant żied jgħid li hemm “min jgħid li se tkun varjant qattiel, min jgħid li l-informazzjoni li teżisti sa issa turi l-maqlub. Min jgħid li n-numru ta’ nies fl-isptarijiet u tal-imwiet baqa’ baxx, min jgħid il-kuntrarju.”
Sant temm il-messaġġ tiegħu bi ħsieb fejn qal li “tibqa’ alternattiva waħda: inżommu sod fil-prekawzjonijiet li jeżistu, lesti għall-bidliet fihom li jitħabbru, bla ma npoġġu wisq tamiet żejda filli rbaħna l-imxija, u wisq anqas inpoġġu wisq kredtu fuq dawk li jridu jaqtgħulna qalbna u jnaqqsulna l-fiduċja tagħna fit-tobba u l-awtoritajiet mediċi ta’ pajjiżna u tal-Ewropa.”
X’taħseb dwar dak li qal Alfred Sant?