Arti Maħduma B’Messaġġ Għall-Umanità – Jitkellem Magħna L-Artist Sonny Gatt
Minn żmien għal żmien wieħed jista’ jinnota diversi biċċiet ta’ arti li qed isebbħu diversi roundabouts u toroq madwar Malta u Għawdex.
Propju nhar il-Ġimgħa kien inawgurat biċċa arti oħra artistika din id-darba fir-roundabout li tinsab fit-telgħa t’Alla w Ommu ġewwa n-Naxxar.
Sonny Gatt huwa l-artist wara l-arti ntitolata “Humanity in Glory”. Tkellimna miegħu u spjega it-tifsira ta’ din l-arti li ħadem matul il-pandemija.
“Il-bniedem uman jaqla’ kemm jaqla’ fuq wiċċu jibqa’ jissielet għal eżistenza tiegħu!”
Gatt spjega li r-razza umana rat terremoti, pandemijji, gwerer, diżastri naturali u minkejja dan kollu tibqa’ għaddejja tiġġieled biex tibqa’ teżisti. “Din l-arti hija magħmulha b’messaġġ għall-umanità innifisha fil-glorja!” qal l-artist Sonny Gatt.
Huwa temm jgħidilna li biex l-umanità tibqa’ teżisti hi stess trid tibqa’ tapprezza lilha nnifisha, u żżomm l-valuri tagħha. “M’għandha qatt titraskura lilha nnifisha.”