BAT Malta Tħawwel ‘Il Fuq Minn 140 Siġra Fil-Mellieħa Flimkien Ma’ ACT
British American Tobacco (BAT) Malta offriet u ħawlet ‘il fuq minn 140 siġra indiġena fl-Aħrax tal-Mellieħa bħala parti mill-istrateġija Ambjentali, Soċjali, u Governanza (ESG) tagħha. L-impjegati ta’ BAT Malta offrew b’mod volontarju biex iħawlu l-varjetà ta’ siġar fl-isfond ta’ eżerċizzju ta’ team building, filwaqt li tgħallmu wkoll dwar il-flora lokali u l-importanza li tiġi ppreservata l-bijodiversità ekoloġika.
L-eżerċizzju tat-tħawwil tas-siġar sar b’kollaborazzjoni u gwida mill-organizzazzjoni mhux governattiva ACT. Hekk kif l-NGO taħdem biex tikkonserva l-ħabitats naturali flimkien mal-flora u l-fawna tal-ġenotipi indiġeni Maltin, is-siġar imħawla jinkludu Ħarrub, Ċipru tal-Mediterran, Buckthorn tal-Mediterran, Ballut Evergreen, u Ballut. Is-siġar kollha mħawla joriġinaw minn stokk ikkultivat lokalment.
Clint Bajada, Country Manager ta’ BAT f’Malta, qal: “Is-siġar imħawla mix-xogħol volontarju tal-impjegati tagħna mhux biss se jitgawdew mill-familji, trekkers u mill-campers li jiffrekwentaw din iż-żona popolari, iżda se jikkontribwixxu wkoll għal ġid akbar: is-sostenn tal-flora u l-fawna indiġeni ta’ Malta. BAT Malta hi impenjata li tappoġġja l-bijodiversità endemika, u din l-inizjattiva hi eżempju eċċellenti.”
Claude Ebejer mill-ACT Malta qal: “Dak li beda bħala grupp ta’ ħbieb jaħdmu biex jimplimentaw bidla pożittiva fl-2018, kiber f’NGO li taħdem biex toħloq djalogu kostruttiv u kollaborazzjoni dwar is-sostenibbiltà. Nixtiequ nirringrazzjaw lil BAT Malta għall-kontribut u x-xogħol siewi tagħhom fit-tħawwil tas-siġar. Inizjattivi korporattivi bħal din jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-wirt naturali tagħna f’Malta.”
L-iskop tal-kumpanija hu li tibni Għada Aħjar (A Better Tomorrow) għall-konsumaturi adulti, is-soċjetà u l-impjegati tal-kumpanija. BAT Malta bdiet topera fl-1907 u, illum, hi l-kumpanija ewlenija tat-tabakk fis-suq lokali b’kontribut sinifikanti għall-ekonomija u s-soċjetà Maltija. Il-kumpanija hi parti mill-British American Tobacco p.l.c., Grupp internazzjonali mwaqqfa fl-1902 li llum huwa negozju ewlieni u b’ħafna kategoriji għall-konsumatur u kumpanija tassew globali li timpjega aktar minn 53,000 ruħ madwar id-dinja u għandha preżenza attiva f’aktar minn 180 suq.