Bil-Filmat: “Hemm Periklu Kbir Biex Toħroġ Mill-Mistra…Qed Nistennew Li Jsir Aċċident Ikrah” – Ivan Castillo
“Hemm periklu kbir biex toħroġ mill-Mistra u għandha titranġa s-sitwazzjoni qabel isir xi aċċident ikrah,” hekk stqarr magħna l-Kandidat tal-PN għall-Elezzjoni Ġenerali, Ivan Castillo dwar din is-sitwazzjoni li tinsab fil-Mistra.
Jidher li din il-problema nħolqot hekk kif il-mina tal-Mistra saret one way.
“Kemm ilu li sar l-mina one way qed ikollhom diffikultajiet kbar, enormi sabiex ikunu jistgħu joħorġu…” qal Ivan Castillo b’filmat li għamel fuq il-mezzi soċjali biex jispjega din il-problema aħjar.
Huwa qal li din il-problema qed tolqot b’mod speċjali t-trakkijiet il-kbar li mhux jirnexxielhom jduru, “qed ikollhom joħorġu wrong side biex imorru fil-via tat-traffiku,” saħaq Castillo.
Huwa tenna li jittama li din il-problema tissolva malajr kemm jista’ jkun sabiex jiġu evitati aċċidenti. Irringrazzja ukoll lir-resident li ġibdulu l-attenzjoni dwar dan.
Ara l-filmat: