Bil-Filmat: Infermiera Arrestata Wara Li Nqabdet Toħroġ Ċertifikati Tal-Vaċċin Foloz Fi Sqallija

 Bil-Filmat: Infermiera Arrestata Wara Li Nqabdet Toħroġ Ċertifikati Tal-Vaċċin Foloz Fi Sqallija

Fi Sqallija, tliet persuni fosthom infermiera ġew arrestati wara li kienu qed joħorġu ċertifikati tal-vaċċin foloz lil persuni li ma jridux jitlaqqmu.

L-infermiera qed ikunu akkużata li tħallset bejn €100 u €400 biex jinħarġu ċertifikati li fl-Italja huma neċessarji biex persuna taħdem jew tipparteċipa f’attivitajiet soċjali.

Il-Pulizija irnexxielhom jaqbdu din l-attività kriminali wara li poġġew kameras fil-kamra fejn kienet taħdem l-infermiera.

Filmati li nħarġu juru l-mumenti meta l-infermiera dehret tippretendi li qiegħda tlaqqam pazjenti meta fil-verità s-siringa ma kien ikun fiha l-ebda likwidu.

Din ma kienitx l-unika persuna li nqabdet mill-awtoritajiet Taljani hekk kif aktar persuni qegħdin jiġu investigati b’rabta ma’ dawn il-każijiet.

Ara l-filmat: 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com