Bil-Filmat: “Min-Nhar It-Tnejn Li Ġej Kull Avveniment Irid Isir ‘Seated’ Biss” – Chris Fearne

 Bil-Filmat: “Min-Nhar It-Tnejn Li Ġej Kull Avveniment Irid Isir ‘Seated’ Biss” – Chris Fearne

Mit-tnejn li ġej, l-istabbilimenti li għandhom liċenzja li jibqgħu miftuħin, iridu jagħlqu fis-1 ta’ filgħodu. Avvenimenti sportivi jibqgħu jsiru iżda mingħajr spettaturi.

Min-Nhar it-Tnejn li ġej ukoll, kull avveniment li hu ppjanat, irid isir ‘seated’ inkella jitħassar. Madanakollu, tieġijiet u funerali ser jibqgħu jsiru bil-protokolli li hemm sa issa.

Is-sigħat tal-viżitaturi f’Mater Dei ser jitnaqqas ukoll. Id-djar tal-anzjani ser jibqgħu bil-ħinijiet tal-viżti kif inhuma issa.

Id-DPM u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħeġġeġ ukoll biex it-tfal jieħdu l-vaċċin. It-tir huwa li t-tfal jitlaqqmu kollha sal-aħħar tal-vaganzi tal-Milied.

Fis-17 ta’ Jannar imbagħad jidħlu fis-seħħ miżuri ġodda. Fearne semma wkoll li t-tir tal-Gvern huwa li l-iskejjel jerġgħu jiftħu wara l-vaganzi tal-Milied.

Fakkar ukoll fit-tilqima tal-influwenza fejn saħaq li din hija importanti wkoll.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com