Bil-Filmat: “Sfidi Kellna U Se Jibqa’ Jkollna Imma Kapaċi Ngħelbuhom” – Il-President Ta’ Malta

 Bil-Filmat: “Sfidi Kellna U Se Jibqa’ Jkollna Imma Kapaċi Ngħelbuhom” – Il-President Ta’ Malta

Il-President ta’ Malta, Dr George Vella għadda messaġġ ta’ tama f’dan iż-żmien fejn qal li sfidi kellna u se jibqa’ jkollna iżda kif diġà wrejna, dawn se nkunu kapaċi negħlbuhom.

Irringrazzja lill-poplu li b’sens ta’ dixxiplina u b’mod kollettiv, mexa sew u obda matul kemm ilha fostna l-pandemija.

Tenna li f’dawn l-aħħar xhur ħadna ħsieb tagħna nfusna u ta’ xulxin u dan irid jibqa’ jsir billi naċċettaw l-istedina għat-tilqim kontra l-Covid-19.

Il-President tenna, “Il-messaġġ tiegħi lilkom ilkoll huwa biex nisimgħu minn dak li jgħidulna l-esperti mediċi u nagħmlu użu sħiħ mill-vaċċini li qed jiġu rrakkomandati.  F’pajjiżna għandna x-xorti kbira li l-proċess ta’ tilqim kien u għadu wieħed effiċjenti ħafna. Ejjew ma narmux din l-opportunità li flimkien niġġieldu kontra dan il-virus, u flimkien ukoll ikomplu nibnu ġejjieni, fejn is-saħħa kollettiva tagħna tibqa’ mħarsa bl-aħjar mod.”

Araw il-messaġġ sħiħ mill-Eċċellenza Tiegħu l-President ta’ Malta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com