Bil-Filmat: Skansata Traġedja Wara Li Vann Niżel B’Lura Waħdu F’Tas-Sliema
Skansata traġedja f’Tas-Sliema dalgħodu meta vann li kien qiegħed f’niżla għal xi raġuni niżel b’lura waħdu bil-konsegwenza li baqa’ dieħel f’żewġ vannijiet oħra li kienu qed jagħmlu xogħol fl-istess triq eżattament warajh.
Fil-filmat imtella’ fuq il-mezzi soċjali minn ‘Free Hour Malta’ wieħed jista’ jara l-mument x’ħin minn wara l-vann wieħed mill-ħaddiema irnexxielu joħroġ ħaddiem ieħor li spiċċa bejn iż-żewġ vannijiet. Ftit wara jidher jaqa’ fl-art bl-uġiegħ u l-qata’ li kellu.
Kelliem tal-Pulizija qal li ma’ kien hemm l-ebda persuni li kienu feruti f’dan l-aċċident.