‘Christmas Story’ – Wirja Innovattiva Għal Żmien Il-Milied F’San Ġwann
F’dawn il-ġranet tal-Milied f’San Ġwann tistgħu tgawdu minn esperjenza u wirja differenti mis-soltu.
Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann ħa l-inizjattiva li jorganizza wirja għal kulħadd maġenb il-Knisja ta’ San Ġwann stess.
“Wara s-suċċess tas-sena l-oħra ilbieraħ flimkien mal-Kunsilliera, l-Kappillan u l-Ministru Julia Farrugia Portelli varajna l-wirja innovattiva tal-Milied bl-isem ta’ ‘Christmas Story’, ġewwa l-parkeġġ ta’ Misraħ Lourdes biswit il-knisja,” kiteb is-Sindku Trevor Fenech fuq il-mezzi soċjali tiegħu, fejn spjega ukoll x’tikkonsisti din il-wirja.
Huwa qalilna wkoll li l-grafika ta’ din il-wirja saret minn persuni b’diżabilità u tfal oħra minn San Ġwann. “Dan bl-għan li ningħaqdu bħala komunità u nkunu inklussivi,” temm jgħid is-Sindku Trevor Fenech.