Clifton Grima Jieħu L-Ġurament Tal-Ħatra B’Mod Uffiċjali Bħala Ministru Għall-Edukazzjoni U L-Isport

Illum wara nofsinhar Dr Clifton Grima nħatar uffiċjalment Ministru għall-Edukazzjoni u għall-Isport.
Huwa ħa l-ġurament tal-ħatra fil-Palazz tal-President f’San Anton mill-President ta’ Malta, George Vella, fil-preżenza tal-Prim Ministru Robert Abela, l-Aġent Avukat tal-Istat Fiorella Fenech Vella, il-Prim Imħallef Mark Chetcuti u s-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar.
Preżenti wkoll mart Dr Grima, Rita, iż-żewġ uliedu u l-ġenituri tiegħu.
Dr Grima nħatar Ministru għall-Edukazzjoni u għall-Isport wara li Justyne Caruana rriżenjat minn din il-kariga l-ġimgħa l-oħra.
Ritratti: DOI