Corazon Mizzi B’Nostalġija Ħelwa Mill-Milied Ta’ Tfulitha

Fuq il-facebook tagħha, il-kantanta Corazon Mizzi qasmet mal-pubbliku tifkiriet ħelwin mill-Milied ta’ tfulitha.
Qalet li fost ir-rigali kollha li qatt qalgħet meta kienet żgħira u fost il-festini li kienet tmur, l-aktar memorja li baqgħet f’qalbha kien meta ommha għallmitha tagħmel l-anġli u l-Father Christmas minn roll tat-toilet paper, tajjar u ftit immaġinazzjoni.
Semmiet kif ommha dejjem kellha kapacità kbira li mix-xejn u r-rimi toħloq is-sbuħija.
“U dik, proprju dik, niftakar l-aktar”, fissret Corazon. Xi ħlew!