Dalgħodu Fil-Birgu Ħarġet Il-Purċissjoni Tal-Bambin

 Dalgħodu Fil-Birgu Ħarġet Il-Purċissjoni Tal-Bambin

Fil-Birgu dalgħodu ħarġet l-ewwel purċissjoni tal-Bambin għal din is-sena.

Din il-purċissjoni u oħrajn li mistennija jkunu organizzati matul din il-ġimgħa tal-Milied qed jerġgħu jibdew isiru wara tant stennija, hekk kif din is-sena wkoll din il-purċissjoni tradizzjonali tagħlaq 100 sena.

Il-Pirjol tal-Kunvent Dumnikan tal-Lunzjata, il-Birgu, Fr. Aaron Zahra f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali rringrazzja lill-Awtoritajiet kollha involuti biex din il-purċissjoni setgħet issir, fosthom l-MTA, Saħħa, l-Għassa ta’ Bormla, LESA u l-Kunsill Lokali tal-Birgu.

Huwa rringrazzja wkoll lil voluntiera kif ukoll lil kulmin ħa sehem b’mod li d-direttivi ġew imħarsa.

Dawn il-purċissjonijiet setgħu jsiru wara li nhar il-Ħamis li għadda, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt konferenza sġjega li wara diskussjonijiet mal-Kurja, ġie kkonfermat li l-purċissjonijiet tal-Bambin f’lejlet il-Milied jistgħu jsiru sakemm jittieħdu l-miżuri neċessarji mingħajr il-bżonn ta’ ebda barrikati.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com