“Dan Il-Milied Se Nibqa’ Niftakru Għal Għomri” – Il-Ministru Roderick Galdes

 “Dan Il-Milied Se Nibqa’ Niftakru Għal Għomri” – Il-Ministru Roderick Galdes

Il-Ministru Roderick Galdes permezz tal-mezzi soċjali ħabbar li fil-jiem li għaddew hu flimkien mal-membri tal-familja tiegħu rriżultaw pożittivi għal Covid-19 minn wara kuntatt ma’ persuna pożittiva.

“Minn sempliċiment bidu ta’ ftit sintomi ta’ riħ normali mnalla ħadna prekawzjoni u ttestjajna minnufih u iżolajna ruħna,” qal il-Ministru Galdes filwaqt li qal li bis-saħħa tat-tilqim li ħadu kontra l-Covid-19 setgħu  jkampaw mingħajr ebda konsegwenzi koroh. “Qed ingawdu l-atmosfera ta’ dawn il-ġranet waqt kwarantina d-dar allura nistgħu nifhmu l-eluf ta’ Maltin li għaddejjin minn din iċ-ċirkostanza bħalna,” tenna Roderick Galdes.

Huwa għamel appell sabiex nafdaw fix-xjenza u nitlaqqmu biex nipproteġu lin-nies vulnerabbli, lilna nfusna, lil xulxin u lis-sistema tas-saħħa tagħna. “Għandna l-lussu bħala pajjiż li nistgħu nagħmlu dan minn ta’ quddiem fid-dinja.”

Il-Ministru Galdes irringrazzja lit-tobba u n-nurses li f’dawn il-ġranet qed jaħdmu qatigħ f’sitwazzjoni delikata li qed tiżvolġi minn ħin għall-ieħor fid-dinja kollha.

Huwa temm jgħid li se jkompli għaddej bil-ħidma tiegħu mid-dar waqt il-kwarantina, kif ukoll irringrazzja lil dawk li qed jassistuh biex ix-xogħol jibqa’ għaddej mingħajr waqfien.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com