Din Is-Sena Jum Ir-Repubblika Kien Wieħed Speċjali Għall-Ministru Clint Camilleri U Martu

 Din Is-Sena Jum Ir-Repubblika Kien Wieħed Speċjali Għall-Ministru Clint Camilleri U Martu

“Ilbieraħ f’Jum ir-Repubblika rċivejna l-isbaħ rigal tal-Milied bit-twelid tat-tieni bint tagħna!”

Hekk kiteb dalgħodu l-Ministru Clint Camilleri fuq il-mezzi soċjali tiegħu hekk kif ħabbar l-aħbar sabiħa tat-twelid tat-tieni tifla.

Huwa qal li martu Deborah u t-tarbija jinsabu tajbin fil-maternity ward filwaqt li Ana qiegħda man-nanniet tistenna li tiltaqa’ għall-ewwel darba m’oħtha ż-żgħira.

“Nirringrazzjaw minn qalbna lill-istaff kollu tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex tad-dedikazzjoni impekkabbli tagħhom,” tenna Clint Camilleri.

Huwa temm il-messaġġ tiegħu billi rringrazzja lil kulħadd tal-messaġġi kollha li rċieva filwaqt li skuża ruħu jekk f’dawn il-ġranet mhux ħa jkun daqshekk preżenti.

Awguri Clint u Deborah!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com