Dubju Kemm Il-President Ta’ Malta U Martu Jkunu Preżenti Għall-Istrina Ta’ Din Is-Sena

Il-President ta’ Malta George Vella flimkien mas-Sinjura Vella jinsabu fi kwarantina.
Fi stqarrija ntqal li l-President ta’ Malta u s-Sra Vella saru jafu li persuna li kellhom kuntatt magħha nhar it-Tnejn li għadda rriżultat pożittiva għall-Covid-19.
F’dawn ċ-ċirkustanzi, illum għamlu swab test li rriżulta negattiv iżda ddeċidew li jagħmlu awtoiżolament bħala miżura ta’ prekawzjoni.
Saru arranġamenti biex l-appuntamenti uffiċjali tal-President jitmexxew għal jiem oħra jew isiru xort’oħra.