Fil-Ġermanja Bomba Ta’ Żmien It-Tieni Gwerra Dinjija Tisplodi Waqt Li Kien Għaddej Xogħol Ta’ Kostruzzjoni

 Fil-Ġermanja Bomba Ta’ Żmien It-Tieni Gwerra Dinjija Tisplodi Waqt Li Kien Għaddej Xogħol Ta’ Kostruzzjoni

Mill-inqas erba’ persuni weġġgħu wara li bomba ta’ żmien it-tieni gwerra dinjija splodiet viċin stazzjon tal-ferrovija fil-Belt ta’ Munich, fil-Ġermanja.

Il-Pulizija Ġermaniża qalet li l-bomba splodiet waqt li kien għaddej xogħol ta’ kostruzzjoni u tħaffir qrib l-istazzjon ta’ Donnersbergerbrücke.

Aktar minn 40 uffiċjali jinsabu fiż-żona tal-aċċident kif ukoll diversi ħelikopters li qed jassiguraw li ż-żona hija waħda sigura.

Bħalissa s-servizz tal-ferrovija fil-viċinanzi jinsab wieqaf.

Fil-Ġermanja 76 sena wara tmiem il-gwerra għadhom jinstabu diversi bombi li ma’ jkunux għadhom splodew. Dawn normalment jinstabu waqt xi xogħol ta’ tħaffir li jkun għaddej f’xi sit ta’ kostruzzjoni.

Ritratt: Euronews

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com