Fil-Messiku: 54 Persuna Mietu Mgħaffġa F’Trakk Wara Li Nqaleb Waqt Vjaġġ Klandestin

 Fil-Messiku: 54 Persuna Mietu Mgħaffġa F’Trakk Wara Li Nqaleb Waqt Vjaġġ Klandestin

Fil-Messiku, minn tal-inqas 54 persuna mietet u għexieren oħrajn indarbu wara li t-trakk li kienu fuqu tilef il-kontroll u nqaleb.

Il-persuni fuq it-trakk li kienu jammontaw għal madwar 100 kienu kollha migranti mill-Amerika Ċentrali li kienu qed jippruvaw jidħlu fl-Istati Uniti b’mod illegali.

Dan l-inċident qed jitqies mill-awtoritajiet Messikani bħala wieħed mill-agħar inċidenti li qatt seħħ fil-pajjiż.

Fost il-vittmi kien hemm nisa u tfal li ġejjin mill-Honduras u l-Guatemala.

l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin għalkemm rapporti qed jgħidu li minħabba l-ammont kbir ta’ nies li kien hemm fuq it-trakk dan spiċċa nqaleb waqt li kien qed idur f’kisra.

Ritratti: Sky News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com