Bil-Filmat: Fl-Ewwel Kwart Tas-Sena Għandu Jżurna L-Papa Franġisku

Il-Papa Franġisku aktarx iżur pajjiżna fl-ewwel kwart tas-sena 2022. Hekk żvela l-Prim Ministru Robert Abela lbieraħ waqt il-programm TOPIK immexxi minn Quinton Scerri.
Flimkien ma’ Lydia u Giorgia Mae, iddiskutew bosta temi interessanti fejn bħal dejjem, it-tifla Giorgia Mae tispikka bil-karattru ħelu tagħha.
Dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19, il-PM Abela tenna li l-prijorità tibqa dejjem is-saħħa tagħna u appella biex il-poplu jieħu l-booster biex inkunu nistgħu nevitaw iżjed restrizzjonijiet.